Għall-konvenjenza tal-klijenti tagħna, varajna servizz online ta’ kiri tal-inġenji tal-ajru, li bih tista’ tibbukkja u tħallas minn kwalunkwe apparat imqabbad mal-Internet. Tista’ tibbukkja charter waħdek: sempliċiment kemm tniżżel l-applikazzjoni AVIA-Charter għall-iPhone, jew timla r-‘request form’ online, billi tindika dan li ġej:
Il-punti tat-tluq u tal-wasla,
In-numru ta’ passiġġieri,
Id-dati tat-tluq u tar-ritorn,
It-toqol approssimattiv tal-bagalja,
Talbiet speċifiċi,
Dettalji ta’ kuntatt.
Int ser tiġi offrut firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ inġenji tal-ajru biex tagħżel minnhom għall-vjaġġ tiegħek, kif ukoll servizzi relatati. Il-prezz huwa kkalkulat individwalment, wara li jkun sar qbil fuq id-dettalji kollha. Prezzijiet approssimattivi huma disponibbli għall-konvenjenza tiegħek fuq il-website tal-AVIAV TM (Cofrance SARL).
Is-servizzi kollha tal-avjazzjoni kummerċjali f’Malta
Flimkien mat-titjiriet privati kummercjali u s-servizzi għall-VIP, il-klijenti ta’ AVIAV TM (Cofrance SARL) huma mistiedna jibbenefikaw minn aktar servizzi f’Malta:
Vjaġġi u tours bil-ħelikopter,
Reġistrazzjoni ta’ inġenju tal-ajru privat,
Xiri ta’ inġenju tal-ajru privat,
Irfinar, manifattura ta’ ajruplani u ħelikopters,
Sapport legali minn avukat tal-avjazzjoni,
Management kumerċjali.
AVIAV TM (Cofrance SARL) tipprovdi s-servizzi tagħha permezz ta’ approċċ komplut. Dan ifisser li aħna nassumu l-organizzazzjoni tal-proċess ġenerali mill-bidu sal-aħħar, u nassenjaw assistenti xierqa f’kull stadju.
Ir-reġistrazzjoni ta’ ġettijiet privati f’Malta jistħoqqilha attenzjoni partikolari. Ħafna jfittxu li jirreġistraw il-ġettijiet privati tagħhom f’dan il-pajjiż, u hemm raġunijiet għal dan:
Reġistru strutturat tajjeb ħafna,
Distinzjoni bejn ġettijiet privati u charters,
Proċeduri ta’ reġistrazzjoni ffaċilitati,
‘Trusts’ u ‘fractional owernship’ huma permessi,
Termini favorevoli biex tieħu loan,
Sistema fiskali komda, b’mod partikolari, l-ebda VAT għall-kiri tal-ġett,
Protezzjoni tad-drittijiet tal-avjazzjoni internazzjonali, peress li Malta hija membru tal-Konvenzjoni ta’ CapeTown dwar l-Interessi Nazzjonali fit-Tagħmir Mobbli,
Servizzi moderni li jassiguraw manutenzjoni u operazzjoni xierqa tal-inġenju tal-ajru.